Go to content

L-34 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu  - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel (34:11-12.15-17)

Dan jgħid Sidi l-Mulej: Arawni, hekk jien sa nfittex in-nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom. Bħalma r-ragħaj jaħseb fil-merħla tiegħu meta jsib ruħu f’nofs in-nagħaġ imxerrda tiegħu, hekk naħseb jien fin-nagħaġ tiegħi, u nsalvahom minn kull fejn xterdu fi żmien is-sħab u s-swied tal-ajru.
Jiena stess nirgħa n-nagħaġ tiegħi, u jiena nserraħhom. Oraklu ta’ Sidi l-Mulej. Jiena nfittex il-mitlufa, irreġġa’ lura l-imxerrda, ninfaxxa l-ġrieħi tal-miġrugħa, u nqawwi l-marida. Inħares is-smina u l-qawwija, u nirgħahom bil-ġustizzja.
Imma għalik, merħla tiegħi, hekk jgħid Sidi l-Mulej: Ara, jiena nagħmel ħaqq bejn nagħġa u nagħġa, bejn imtaten u bdabad.
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
KRISTU FUQ IS-SUFAN

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju

■ It-Tnejn 23 ta’ Novembru: Ferja / San Klement I, papa u martri (T) / San Kolumbanu, abbati (T). Qari: Apokalissi 14:1-3.4b-5; Salm 23:1-4ab.5-6; Luqa 21:1-4.
■ It-Tlieta 24 ta’ Novembru: Sant’Andrija Dûng Lac, presbiteru u sħabu, martri (TO). Qari: Apokalissi 14:14-19; Salm 95:10-13; Luqa 21:5-11.
■ L-Erbgħa 25 ta’ Novembru: Ferja / Santa Katerina ta’ Lixandra, verġni u martri (T). Qari: Apokalissi 15:1-4; Salm 97:1-3ab.7-9; Luqa 21:12-19.
■ Il-Ħamis 26 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Apokalissi 18:1-2.21-23,19:1-3.9a; Salm 99:2-5; Luqa 21:20-28.
■ Il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Apokalissi 20:1-4.11-21:2; Salm 83:3-6a.8a; Luqa 21:29-33.
■ Is-Sibt 28 ta’ Novembru: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Apokalissi 22:1-7; Salm 94:1-7; Luqa 21:34-36.

F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content