L-24 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak (27:30-28:7)
Għadab u qilla, dawn ukoll ta’ min jistmerrhom, u l-bniedem midneb mimli bihom. Min ifittex jitħallas b’idejh, isib ħlasu mingħand il-Mulej, li jifli sewwa dnubietu. Aħfer lill-proxxmu dnubietu, u mbagħad titlob u dnubietek jinħafrulek.
Bniedem irawwem għadab għal ieħor, u mbagħad sa jfittex fejqan mingħand il-Mulej? Minn bniedem bħalu m’għandux ħniena, u mbagħad sa jitlob għal dnubietu? Jekk bniedem jibqa’ mgħaddab, min sa jpattilu għal dnubietu?
Ftakar fl-aħħar ta’ ħajtek, u ieqaf mill-mibegħda; ftakar fit-taħsir u l-mewt, u oqgħod għall-kmandamenti. Ftakar fil-kmandamenti u tobgħodx il-proxxmu; ftakar fil-patt tal-Għoli u agħlaq għajnejk għall-offiża.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 14 ta’ Settembru: L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes (F). Qari: Numri 21:4b-9; Salm 77:1-2.34-38; Ġwanni 3:13-17.
■ It-Tlieta 15 ta’ Settembru: Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri (TO). Qari: Lhud 5: 7-9; Salm 30: 2-6.15-16.20; Ġwanni 19: 25-27 jew Luqa 2:33-35.
■ L-Erbgħa 16 ta’ Settembru: Arċidjoċesi ta’ Malta: San Kornelju, papa u San Ċiprijanu, isqof u martri (TO). Qari: 1 Korintin 12:31-13:13; Salm 32:2-5.12.22; Luqa 7:31-35.
■ Djoċesi ta’ Għawdex: L-Anniversarju mit-twaqqif tad-Djoċesi (1864) (F). Qari: Isaija 63:7-9; Salm 144:1-11; Luqa 1:39-55.
■ Il-Ħamis 17 ta’ Settembru: Ferja / San Robertu Bellarmino, isqof u duttur tal-Knisja (T) / Santa Ildegarda ta’ Bingen, verġni u duttur tal-Knisja (T). Qari: 1 Korintin 15:1-11; Salm 117:1-2.16ab-17.28; Luqa 7:36-50.
■ Il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Korintin 15:12-20; Salm 16:1.6-7.8b.15; Luqa 8:1-3.
■ Is-Sibt 19 ta’ Settembru: Ferja / San Ġennaru¸isqof u martri (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: 1 Korintin 15:35-37.42-49; Luqa 8:4-15.
F = Festa; T = Tifkira; TO = Tifkira Obbligatorja.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.