Go to content

It-33 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-33 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Għeluq tal-Ktieb tal-Proverbji (31:10-13.19-20.30-31)

Mara ta’ ħila min isibha? Tiswa ħafna aktar mill-ġawhar. Fuqha tistrieħ qalb żewġha, u dan żgur ikunlu ta’ ġid. Risq tajjeb iġġiblu, u mhux ħażin, il-jiem kollha ta’ ħajjitha. Tfittex suf u ħjut tal-qoton, u taħdmu bil-qalb b’idejha. Tmidd idejha għall-magħżel, jaqbdu d-dussies idejha. Tiftaħ mal-fqir idejha, tmidd idejha lejn l-imsejken. Qarrieqa l-ħlewwa tal-mara, fiergħa sbuħitha; mara li tibża’ mill-Mulej ta’ min ifaħħarha. Agħtuha mill-frott ta’ xogħol idejha. Ħa jfaħħruha f’bibien il-belt l-għemejjel tagħha.
Il-Kelma tal-Mulej.     Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
UŻA L-BIRO TIEGĦEK

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 16 ta’ Novembru: Ferja / Santa Margerita tal-Iskozja (T) / Santa Ġertrude, verġni (T). Qari: Apokalissi 1:1-4,2:1-5a; Salm 1:1-4.6; Luqa 18:35-43.
■ It-Tlieta 17 ta’ Novembru: Santa Eliżabetta tal-Ungerija (TO). Qari: Apokalissi 3:1-6.14-22; Salm 14:2-5; Luqa 19:1-10.
■ L-Erbgħa 18 ta’ Novembru: Ferja Qari: Apokalissi 4:1-11; Salm 150:1-6; Luqa 19:11-28.
■ Id-Dedikazzjoni tal-Bażilki ta’ San Pietru u San Pawl (T). Qari: Atti 28:11-16.30-31; Salm 97:1-6; Mattew 14:22-23.
■ Il-Ħamis 19 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Apokalissi 5:1-10; Salm 149:1-6a.9b; Luqa 19:41-44.
■ Il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Apokalissi 10:8-11; Salm 118:14.24.72.103.111.131; Luqa 19:45-48.
■ Is-Sibt 21 ta’ Novembru: Il-Preżentazzjoni tal-Imqaddsa Verġni Marija (TO). Qari: Żakkarija 2: 14-17; Salm Luqa 1: 46-55; Mattew 12: 46-50.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content