It-32 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Għerf (6:12-16)
L-għerf jiddi, bla qatt ma jnemnem, malajr jagħrfuh dawk li jħobbuh, u jsibuh dawk li jfittxuh.
Hu jħabrek biex jidher lil dawk li jixtiquh. Min ibakkar ifittxu, ma jitħabatx, għax ħdejn biebu bilqiegħda jsibu. L-aqwa tal-għaqal hu li taħseb fl-għerf, u min jishar għalih malajr jeħles mill-inkwiet.
L-għerf idur u jfittex lil dawk li jixirqulu, kollu ħlewwa jidhrilhom fit-triq, u jiltaqa’ magħhom f’kull ħsieb tagħhom.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
KUN MOĦĦOK HEMM!
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 9 ta’ Novembru: Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran (F). Qari: Eżekjel 47:1-2.8-9.12; Salm 45:2-3.5-6.8-9; Ġwanni 2:13-23.
■ It-Tlieta 10 ta’ Novembru: San Iljun il-Kbir, papa u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Titu 2:1-8.11-14; Salm 36:3-4.18.23.27.29; Luqa 17:7-10.
■ L-Erbgħa 11 ta’ Novembru: San Martin ta’ Tours, isqof (TO). Qari: Titu 3:1-7; Salm 22:1-6; Luqa 17:11-19.
■ Il-Ħamis 12 ta’ Novembru: San Ġosofat, isqof u martri (TO). Qari: Filemon 7-20; Salm 145:7-10; Luqa 17:20-25.
■ Il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru: Ferja. Qari: 2 Ġwanni 4-9; Salm 118:1-2.10-11.17-18; Luqa 17:26-37.
■ Is-Sibt 14 ta’ Novembru: Ferja / Il-Verġni Mqaddsa Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: 3 Ġwanni 5-8; Salm 111:1-6; Luqa 18:1-8.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.