Go to content

It-3 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-3 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (8:23b–9:3)

Alla bħalma qabel fl-imgħoddi kien mela bl-għajb l-art ta’ Żebulun u l-art ta’ Naftali, hekk issa fl-aħħar isebbaħ it-triq tal-baħar ’l hemm mill-Ġordan, il-Galilija tal-ġnus.
Il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir; in-nies li joqogħdu f’art id-dlam dawl idda fuqhom.
Int kattart il-ġens, kabbart l-hena; huma ferħu quddiemek, bħalma jifirħu fi żmien il-ħsad, bħalma jifirħu fi qsim il-priża.
Għax il-madmad li kien itaqqlu, u l-ħatar ta’ fuq spallejh, u l-bastun tal-argużin, int kissirthom bħal f’jum Midjan.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 26 ta’ Jannar: San Titu u San Timotju, isqfijiet (TO). Qari: 2 Timotju 1:1-8; Salm 95:1-3.7-8a.10; Luqa 10:1-9.
It-Tlieta 27 ta’ Jannar: Ferja / Santa Anġela Merici, verġni (T). Qari: 2 Samwel 6:12b-15.17-19; Salm 23; 7-10; Mark 3:31-35.
L-Erbgħa 28 ta’ Jannar: San Tumas ta’ Aquino, presbiteru u duttur tal-Knisja (TO). Qari: 2 Samwel 7:4-17; Salm 88:4-5.27-30; Mark 4:1-20.
Il-Ħamis 29 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 2 Samwel 7:18-19.24-29; Salm 131:1-3.5.11-14; Mark 4:21-25.
Il-Ġimgħa 30 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 2 Samwel 11:1-4a.5-10a.13-17; Salm 50:3-4.5-6a.6bċ-7.10-11; Mark 4:26-34.
Is-Sibt 31 ta’ Jannar: San Ġwann Bosco, presbiteru (TO). Qari: 1 Samwel 12:1-7a.10-17; Salm 50:12-17; Mark 4:35-41; Lq 1:69-70.71-72.73-75; Mk 4:35-41.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content