It-2 Ħadd tar-Randan - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi (15:5-12.17-18)
F’dak iż-żmien: Il-Mulej ħareġ lil Abram ’il barra u qallu: «Ħares sewwa lejn is-smewwiet u għodd il-kwiekeb, jekk għandek ħila tgħoddhom.» U żied jgħidlu: «Hekk għad ikun nislek.» U Abram emmen fil-Mulej, u dan għaddhulu b’ġustizzja.
U qallu: «Jiena l-Mulej li ħriġtek minn Ur tal-Kaldin, biex nagħtik din l-art b’wirt.» U qallu Abram: «Sidi Mulej, kif inkun naf li sa niritha?» U wieġbu: «Ħudli għoġla ta’ tliet snin, mogħża ta’ tliet snin, muntun ta’ tliet snin, gamiema u ħamiema.»
U ħadlu dawn kollha, u qasamhom min-nofs, u kull nofs qiegħdu biswit l-ieħor; imma l-għasafar ma qasamhomx. U niżlu l-għasafar tal-priża għal fuq l-iġsma mejtin, imma Abram gerrixhom.
Hi u nieżla x-xemx waqa’ fuq Abram ngħas qawwi, u waqgħu fuqu biża’ u dalma kbira.
Meta x-xemx kienet niżlet u kien dalam, kenur idaħħan u lsien nar iżiġġ qasmu minn bejn il-bċejjeċ tal-laħam. Dakinhar il-Mulej għamel patt ma’ Abram u qallu: «Lil nislek nagħti din l-art, mix-xmara tal-Eġittu sax-xmara l-kbira, ix-xmara tal-Ewfrat.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 17 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Danjel 9:4b-10; Salm 78:8.9.11.13; Luqa 6:36-38.
■ It-Tlieta 18 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Isaija 1:10.16-20; Salm 49:8-9.16bċ-17.21.23; Mattew 23:1-12.
■ L-Erbgħa 19 ta’ Marzu: San Ġużepp, Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija (S). Qari: 2 Samwel 7:4-5a.12-14a.16; Salm 88:2-5.27.29; Rumani 4:13.16-18.22; Mattew 1:16.18-21.24a jew Luqa 2:41-51a.
■ Il-Ħamis 20 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ġeremija 17:5-10; Salm 1:1-4.6; Luqa 16:19-31.
■ Il-Ġimgħa 21 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ġenesi 37:3-4.12-13a.17b-28; Salm 104:16-21; Mattew 21:33-43.45-46.
■ Is-Sibt 22 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Mikea 7:14-15.18-20; Salm 102:1-4.9-12; Luqa 15:1-3.11-32.
S = Solennità.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.