Go to content

It-18 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-18 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija  (55:1-3)

Dan jgħid il-Mulej: «Intom li bikom l-għatx, ejjew għall-ilma, intom ukoll li m’għandkomx flus. Ejjew, ixtru u kulu b’xejn, inbid u ħalib bla ħlas. Għaliex taħlu fluskom f’dak li mhuwiex ħobż, u ġidkom f’dak li ma jxebbax? Isimgħu minni, u tieklu tajjeb, u ruħkom titpaxxa b’ikel bnin. Agħtuni widen u ersqu lejja, isimgħu u tieħdu r-ruħ. Nagħmel patt magħkom għal dejjem, biex iseħħu l-favuri mwiegħda lil David.»
Il-Kelma tal-Mulej.     Irroddu ħajr lil Alla.
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 3 ta’ Awwissu: Ferja. Qari: Ġeremija 28:1-17; Salm 118:29.43.79.80.95.102; Mattew 14:22-36.
It-Tlieta 4 ta’ Awwissu: San Ġwann Marija Vianney, presbiteru (TO). Qari: Ġeremija 30:1-2.12-15.18-22; Salm 101:16-21.29.22-23; Mattew 15:1-2.10-14.
L-Erbgħa 5 ta’ Awwissu: Ferja / Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore, f’Ruma (T). Qari: Ġeremija 31:1-7; Ġeremija 31:10-13; Mattew 15:21-28.
Il-Ħamis 6 ta’ Awwissu: It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej (F). Qari: Danjel 7:9-10.13-14; Salm 96:1-2.5-6.9; Mattew 17:1-9.
Il-Ġimgħa 7 ta’ Awwissu: Ferja / San Sistu II, papa u sħabu, martri (T) / San Gejtanu, presbiteru (T). Qari: Naħum 2:1.3,3:1-3.6-7; Dewteronomju 32:35ċd-36ab.39abċd.41; Mattew 16:24-28.
Is-Sibt 8 ta’ Awwissu: San Duminku, presbiteru (TO). Qari: Ħabakkuk 1:12-2:4; Salm 9:8-13; Mattew 17:14-20.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira; F = Festa.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content