Is-6 Ħadd tal-Għid - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (8:5-8.14-17)
F’dak iż-żmien, Filippu niżel f’belt tas-Samarija u xandar lil Kristu lin-nies tagħha. Il-folol tan-nies b’fehma waħda kienu joqogħdu attenti għal dak li kien jgħidilhom Filippu, meta kienu jisimgħuh u jaraw il-mirakli li kien jagħmel. Kien hemm nies maħkuma mill-ispirti ħżiena, u dawn b’għajjat kbir kienu joħorġu minn ħafna minnhom; u ħafna nies oħrajn, mifluġa jew zopop, kienu jitfejqu. U kien hemm ferħ kbir f’dik il-belt.
L-appostli, li kienu Ġerusalemm, semgħu li s-Samarija laqgħet il-kelma ta’ Alla, u bagħtu hemm lil Pietru u lil Ġwanni. Dawn niżlu hemm u talbu biex dawk li emmnu jirċievu l-Ispirtu s-Santu; għax l-Ispirtu s-Santu kien għadu ma niżel fuq ħadd minnhom, imma kienu tgħammdu biss f’isem il-Mulej Ġesù. Imbagħad l-appostli qiegħdu jdejhom fuqhom, u huma rċevew l-Ispirtu s-Santu.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 11 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 16:11-15; Salm 149:1-6.9; Ġwanni 15:26-16:4.
■ It-Tlieta 12 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid / San Nerew u San Akille, martri (T) / San Pankrazju, martri (T). Qari: Atti 16:22-34; Salm 137:1-3.7-8; Ġwanni 16:5-11.
■ L-Erbgħa 13 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid / L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Fatima (T). Qari: Atti 17:15.22-18:1; Salm 148:1-2.11-14; Ġwanni 16:12-15.
■ Il-Ħamis 14 ta’ Mejju: San Mattija, Appostlu (F). Qari: Atti 1: 15-17.20-26; Salm 112: 1-8; Ġwanni 15: 9-17.
■ Il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 18:9-18; Salm 46:2-7; Ġwanni 16:20-23.
■ Is-Sibt 16 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 18:23-28; Salm 46:2-3.8-10; Ġwanni 16:23b-28.
T = Tifkira; F = Festa.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.