Go to content

Is-27 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-27 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija(5:1-7)

Ħa ngħanni lill-maħbub tiegħi l-għanja ta’ mħabbtu għall-għalqa tad-dwieli tiegħu.
Il-maħbub tiegħi kellu għalqa tad-dwieli fuq għolja għammiela. Għażaqha u naddafha miż-żrar, u ħawwel fiha dwieli mill-aħjar; bena torri f’nofsha, u wkoll ħaffer magħsar fiha. Stennieha tagħmel l-għeneb tajjeb, iżda kulma għamlet kien għeneb qares.
U issa, intom li tgħammru f’Ġerusalemm, irġiel ta’ Ġuda, agħmlu intom ħaqq bejni u bejn l-għalqa tad-dwieli tiegħi. X’kien fadalli nagħmel għall-għalqa tiegħi u ma għamiltux? Stennejtha tagħmel għeneb tajjeb, u kulma għamlet kien għeneb qares. U issa ħa nurikom x’sa nagħmel jien lill-għalqa tiegħi tad-dwieli.
Inneħħilha l-ilqugħ ta’ madwarha, u jħarbtuha; inġarrfilha l-ħajt, biex in-nies tgħaffiġha. Nagħmel minnha xagħra; ħadd ma jiżborha jew jaħdimha, u jinbet fiha x-xewk u l-ħurrieq. Jien ngħid lis-sħab biex ma jagħmilx xita fuqha!
Għax l-għalqa tad-dwieli tal-Mulej tal-eżerċti hija d-dar ta’ Israel; u l-irġiel ta’ Ġuda huma l-mixtla tal-għalqa tiegħu. Huwa stenna l-ġustizzja, u araw sab it-tixrid tad-demm, stenna s-sewwa, u araw sama’ l-għajjat tal-maħqura.
Il-Kelma tal-Mulej.     Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 5 ta’ Ottubru: Ferja / Santa Marija Fawstina Kowalska, verġni (T). Qari: Galatin 1:6-12; Salm 110:1-2.7-9.10ċ; Luqa 10:25-37.
It-Tlieta 6 ta’ Ottubru: Ferja / San Bruno, presbiteru (T). Qari: Galatin 1:13-24; Salm 138:1-3.13-15; Luqa 10:38-42.
L-Erbgħa 7 ta’ Ottubru: L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju (TO). Qari: Galatin 2:1-2.7-14; Salm 85:3-6.9-10; Luqa 11:1-4.
Il-Ħamis 8 ta’ Ottubru: Arċidjoċesi ta’ Malta: L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral ta’ Malta (F). Qari: 1 Slaten 8:22-23.27-30; Salm 83:3-5.10-11; Luqa 19:1-10.
Djoċesi ta’ Għawdex: Ferja. Qari: Galatin 3:1-5; Luqa 1:69-75; Luqa 11:5-13.
Il-Ġimgħa 9 ta’ Ottubru: Ferja / San Dijonisju, isqof u sħabu, martri (T) / San Ġwann Leonardi, presbiteru (T). Qari: Galatin 3:7-14; Salm 9:2-3.6.16.8-9; Luqa 11:15-26.
Is-Sibt 10 ta’ Ottubru: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Galatin 3:22-29; Salm 104:2-7; Luqa 11:27-28.

F = Festa; T = Tifkira; TO = Tifkira Obbligatorja.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content