Go to content

Is-26 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-26 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel (18:25-28)

Dan jgħid il-Mulej: «Intom tgħidu: “Mhijiex sewwa l-imġiba tal-Mulej!” Issa isimgħu, dar Israel: Forsi l-imġiba tiegħi mhijiex sewwa? Mhux l-imġiba tagħkom li mhijiex sewwa?
Jekk wieħed ġust jitbiegħed mill-ġustizzja tiegħu u jagħmel il-ħażen, u jmut minħabba dan, minħabba ħżunitu jkun miet.
Imma jekk il-midneb jerġa’ lura mid-dnub li jkun għamel, u jagħmel il-ħaqq u l-ġustizzja, hu jsalva ruħu. Għax ikun intebaħ u reġa’ lura mid-dnubiet kollha li jkun għamel, u jibqa’ ħaj u ma jmutx.»
Il-Kelma tal-Mulej.     Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 28 ta’ Settembru: Ferja / San Vinċeslaw, Re tal-Boemja, martri (T) / San Lawrenz Ruiz u sħabu, martri (T). Qari: Ġob 1:6-22; Salm 16:1-3.6-7; Luqa 9:46-50.
It-Tlieta 29 ta’ Settembru: L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel (F). Qari: Danjel 7:9-10.13-14 jew Apokalissi 12:7-12; Salm 137:1-5; Ġwanni 1:47-51.
L-Erbgħa 30 ta’ Settembru: San Ġirolmu, presbiteru u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Ġob 9:1-12.14-16; Salm 136:1-6; Luqa 9:57-62.
Il-Ħamis 1 ta’ Ottubru: Santa Tereża tal-Bambin Ġesù (TO). Qari: Ġob 19:21-27; Salm 26:7-9.13-14; Luqa 10:1-12.
Il-Ġimgħa 2 ta’ Ottubru: L-Anġli Kustodju Mqaddsa (TO). Qari: Eżodu 23:20-23; Salm 90:1-6.10-11; Mattew 18:1-5.10.
Is-Sibt 3 ta’ Ottubru: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Ġob 42:1-3.5-6.12-17; Salm 118:66.71.75.91.125.130; Luqa 10:17-24.

F = Festa; T = Tifkira; TO = Tifkira Obbligatorja.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content