Il-25 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (55:6-9)
Fittxu l-Mulej sakemm tistgħu ssibuh, sejħulu sakemm hu fil-qrib!
Ħa jħalli triqtu l-midneb, u l-bniedem il-ħażin fehmietu; ħa jerġa’ lura għand il-Mulej u jħenn għalih, għand Alla tagħna għax hu jaħfer ħafna.
Il-fehmiet tiegħi mhumiex fehmietkom, u t-triqat tiegħi mhumiex triqatkom. Oraklu tal-Mulej.
Għax daqskemm huma ogħla s-smewwiet mill-art, daqshekk ieħor huma triqati ’l fuq minn triqatkom, u l-fehmiet tiegħi mill-fehmiet tagħkom.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 21 ta’ Settembru: San Mattew, appostlu u evanġelista (F). Qari: Efesin 4:1-7.11-13; Salm 18:2-5; Mattew 9:9-13.
■ It-Tlieta 22 ta’ Settembru: Ferja. Qari: Proverbji 21:1-6.10-13; Salm 118:1.27.30.34.35.44; Luqa 8:19-21.
■ L-Erbgħa 23 ta’ Settembru: San Piju ta’ Pietrelcina, presbiteru (TO). Qari: Proverbji 30:5-9; Salm 118:29.72.89.101.104.163; Luqa 9:1-6.
■ Il-Ħamis 24 ta’ Settembru: Ferja. Qari: Koħelet 1:2-11; Salm 89:3-6.12-14.17; Luqa 9:7-9.
■ Il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru: Ferja. Qari: Koħelet 3:1-11; Salm 42:1-4; Luqa 9:18-22.
■ Is-Sibt 26 ta’ Settembru: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T) / San Kosma u San Damjan, martri (T). Qari: Koħelet 11:9-12:8; Salm 89: 3-6.12-14.17; Luqa 9:43b-45.
F = Festa; T = Tifkira; TO = Tifkira Obbligatorja.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.